Tifel ta' 3 snin isofri ġrieħi serji wara li nstab taħt l-irdum f'tal-Aħrax il-Mellieħa

Għall-ħabta tat-tlieta ta' filgħodu, il-Pulizija ġiet mitluba tassisti fiż-żona tal-kampeġġ fl-inħawi tal-Aħrax tal-Mellieħa wara li tifel ta' 3 snin ma setax jinstab mill-familjari tiegħu

Għall-ħabta tat-tlieta ta' filgħodu, il-Pulizija ġiet mitluba tassisti fiż-żona tal-kampeġġ fl-inħawi tal-Aħrax tal-Mellieħa wara li tifel ta' 3 snin ma setax jinstab mill-familjari tiegħu. 

It-tifel intlemaħ wara li bdiet it-tfittxija taħt l-irdum. Huwa ttella bl-għajnuna tal-uffiċjali tal-Pulizija u d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u anke tim mediku.

It-tifel ttieħed l-isptar Mater Dei u aktar tard kien iċċertifikat li soffra ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Giannella Camilleri Busuttil kienet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Qrati u Pulizija