Jaqbad nar fil-miżbla tal-Magħtab, ix-xufier tat-trakk deher li kien konxju tan-nirien

Il-WasteServ stqarret li n-nar li qabad fil-miżbla tal-Magħtab kien beda ġewwa trakk li kien qed iġorr skart riċiklatt imħallat, u donnu li x-xufier kien konxju li kien qed iħott skart jaqbad

Aġġornata fis-2pm

Il-WasteServ stqarret li n-nar li qabad fil-miżbla tal-Magħtab kien beda ġewwa trakk li kien qed iġorr skart riċiklatt imħallat, u donnu li x-xufier kien konxju li kien qed iħott skart jaqbad.

Ħaddiema tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ntbagħtu fil-miżbla tal-Magħtab is-Sibt filgħodu wara li qabad nar.

L-ebda ġrieħi ma ġew irrappurtati hekk kif il-pumpiera ntbagħtu biex jitfu n-nirien.

Fi stqarrija s-Sibt wara nofsinhar, il-WasteServ stqarret li s-sejbiet preliminari jindikaw li trakk li kien qed iġorr skart rriċiklatt imħallat li diġà kien ħa n-nar. 

Fortunatament, il-pumpiera setgħu jikkontrollaw il-fjammi mill-ewwel, madankollu kien hemm bżonn ftit aktar ħin biex ikun żgurat li n-nirien kienu mitfijin għal kollox.

Is-sors tan-nirien bħalissa jinsab taħt investigazzjoni, madankollu, il-WasteServ innotat li mis-CCTV deher li x-xufier suspettat tat-trakk  deher li kien konxju li kien qed iħott materjal li ħa n-nar u saq l’hemm. 

Il-WasteServ kompliet appellat lill-pubbliku biex jiddisponi b’mod xieraq minn materjali li jaqbdu ħafna bħal batteriji, mowbajls, u murtali, li ma jappartjenux f’boroż ta’ riċiklaġġ griżi. Il-kumpanija fakkret lill-pubbliku li s-siti ta’ faċilitajiet ċiviċi se jibqgħu miftuħa matul l-istaġun tal-festi, u jagħlqu biss fil-Milied u fl-Ewwel tas-Sena.

Ix-xena tas-Sibt fil-faċilità ma kinitx waħda ġdida peress li l-faċilità tara numru ta’ skart mormi ħażin f’boroż tar-riċiklaġġ.

F’Ottubru li għadda, il-forzi armati kellhom jissejħu fuq il-post wara li ħaddiema sabu splussivi mormija f’boroż griżi tar-riċiklaġġ.

More in Qrati u Pulizija