Tressaq il-qorti raġel li ta n-nar lil numru ta' bins f'Raħal Ġdid

Marco Farrugia, raġel ta’ 48 sena mill-Bormla, deher quddiem il-maġistrat Leonard Caruana, fejn ġie akkużat li ta n-nar lill-bins fil-ġnien GreenPark f’Raħal Ġdid

Raġel ammetta li ta n-nar lill-iBins f’Raħal Ġdid din il-ġimgħa, u kkawża madwar €5000 fi ħsarat. 

Marco Farrugia, raġel ta’ 48 sena mill-Bormla, deher quddiem il-maġistrat Leonard Caruana, fejn ġie akkużat li ta n-nar lill-bins fil-ġnien GreenPark f’Raħal Ġdid. 

Huwa wieġeb ħati għall-akkużi mingħajr ma’ kkonsulta l-avukat tiegħu. 

Dehru wkoll l-ispetturi tal-Pulizija Mario  Xiberras u Antonello Magri, flimkien mal-prosekur Joseph Camilleri Azarov mill-uffiċċji tal-avukat ġenerali.

Xiberras spejga kif, fid-19 ta’ Diċembru, il-pulizija ta’ Raħal Ġdid rċeviet rapport li numru ta’ bins tar-riċiklaġġ kienu qed jaqbdu. Montaġġ ta’ vidjow kien ixerred fuq il-midja soċjali. Farrugia kien arrestat l-Erbgħa wara li l-pulizija rċevew informazzjoni dwar suspettat li jaħdem l-iskola fin-nofsinhar ta’ Malta. Meta l-pulizija marru l-iskola, l-akkużat kien qiegħed barra, u x’ħin ra lill-pulizija telaq jiġri. Eventwalment kien arrestat. 

L-avukat Martin Farrugia, li kien qiegħed jippreżenta lil Marco Farrugia talab biex jiddiskuti l-każ privatament mal-maġistrat, u tħalla jersaq qrib. 

Wara li rritorna fis-sede tiegħu, l-avukat għamel is-sottomissjonijiet tiegħu dwar il-piena, u qal lill-qorti li diskussjonijiet informali mal-prosekuzzjoni waslu għal sentejn sentenza sospiża. Sentenza minima kienet mistħoqqa fuq il-bażi tal-ammissjoni bikrija tal-akkużat, rekord kriminali nadif, dispjaċir għall-azzjonijiet tiegħu u r-rieda tiegħu li jħallas għall-ħsara f’pagamenti ta’ kull xahar, qalet id-difiża.

Fil-Qorti ntqal li seba’ iBins, b’valur ta’ €700 kull wieħed, inqerdu fin-nirien.

Il-Qorti, fid-dawl tal-ammissjoni tal-ħtija ta’ Farrugia, ikkundannatu għar-reati u kkundannatu għal sentejn ħabs, li ġew sospiżi għal 4 snin, kif ukoll ordnatlu jħallas €4900 lill-kumpanija f’pagamenti fuq 36 xahar.

More in Qrati u Pulizija