Raġel iweġġa' gravi wara li nqaleb vann u ntlaqat minnu

 Raġel ta’ 45 sena residenti Tas-Sliema, kien qiegħed iħott xi rombli minn fuq vann meta għal xi raġuni l-vann inqaleb u laqat lir-raġel fi Triq il-Mina ta’ Hompesch

It-Tnejn, għall-ħabta tal-għaxra u nofs ta’ filgħodu, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fi Triq il-Mina ta’ Hompesch.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li raġel ta’ 45 sena residenti Tas-Sliema, kien qiegħed iħott xi rombli minn fuq vann meta għal xi raġuni l-vann inqaleb u laqat lir-raġel.

Fuq il-post issejħu l-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku waqt li ambulanza ħadet il-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.

Aktar tard hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Victor Axiaq kien infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol għadhom għaddejjin. 

More in Qrati u Pulizija