Anzjan isofri ġrieħi gravi wara li ttajjar

l-anzjan ittieħed l-isptar b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi

Anzjan ta’ 81 sena, residenti Ħal Luqa sofra ġrieħi gravi wara li seħħ inċident tat-traffiku Ħal Luqa.

Il-Pulizija jinsabu infurmati li r-raġel intlaqat minn Toyota Starlet, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 26 sena residenti Ħal Tarxien.

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku u minnfuh ittieħed l-isptar b’ambulanza.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Qrati u Pulizija