Iweġġa' wara li tilef il-kontroll tal-mutur

Raġel ta' 39 sena residenti r-Rabat jittieħed l-isptar wara li tilef il-kontroll tal-mutur li kkawżalu ġrieħi serji

Il-Ħads, għall-ħabta tal-ħdax u nofs ta’ filgħaxija seħħ inċident fi Triq il-Qrendi, iż-Żurrieq.

Il-Pulizija ġiet mgħarrfa u marret minnufih fuq il-post. Minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel ta’ 39 sena residenti r-Rabat kien tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq u nqaleb.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.  

More in Qrati u Pulizija