Iweġġa' gravi wara inċident bejn mutur u karozza

Seħħet ħabta fi Triq il-Ferrovija, Santa Venera bejn sewwieq ta' mutur u karozza, li ħalliet lis-sewwieq tal-mutur b'ġrieħi gravi

Ilbieraħ, għall-ħabta tal-għaxra u nofs ta’ filgħaxija seħħ inċident tat-traffiku fi Triq il-Ferrovija, Santa Venera.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur misjuq minn raġel ta’ 20 sena residenti Birkirkara u karozza misjuqa minn raġel ta’ 23 sena residenti Santa Venera.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

More in Qrati u Pulizija