Raġel arrestat b’rabta ma’ serq fis-Sannat

Raġel ta' 40 sena ġie arrestat fis-Sannat stess wara li l-Pulizija rċevew numru ta' rapporti relatati ma' serq fis-Sannat

Ġie arrestat raġel ta’ 40 sena mis-Serbja wara li allagatament seraq minn diversi residenzi fis-Sannat.

Wara numru ta’ rapporti fl-aħħar ġimgħat b’rabta ma’ tliet serqiet minn residenzi, il-Pulizija bdiet l-investigazzjonijiet tagħha.

Ftit ġranet wara ġie identifikat l-allegat ħalliel u kien arrestat minn residenza fis-Sannat stess.

F'dawn il-każijiet insterqu affarijiet personali, flus kontanti, ġojjellerija, kif ukoll xi apparat eletroniku.

Fi tfittxijiet li saru fl-istess residenza, instabu xi oġġetti li kienu nsterqu.

Ir-raġel mistenni jitressaq taħt arrest fil-Qorti t’Għawdex, it-Tnejn għall-ħabta tas-sitta ta’ filgħaxija quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Brigitte Sultana. 

More in Qrati u Pulizija