Sewwieq jingħata sentenza sospiża wara li qatel mara b’veloċità ta’ 140km/hr

Sewwieq li tajjar u qatel mara waqt li kienet qiegħda taqsam it-triq, ingħata sentenza sospiża għall-omoċidju involontarju u ġie pprojbit milli jsuq għal sentejn wara li biddel id-dikjarazzjoni tiegħu għal ħati

Sewwieq li qatel mara waqt li kien qed isuq karozza sportiva b’140km/siegħa tul ix-xatt tal-Gżira rċieva sentenza sospiża għal omiċidju involontarju u projbizzjoni tas-sewqan ta’ sentejn wara li biddel it-talba tiegħu għal ħati.

Anthony Chircop ta’ 47 sena ngħata sentenza ta’ sentejn ħabs, sospiżi għal erba’ snin talli qatel lil Stephanie Rapa, spiżjara ta’ 30 sena, matul il-lejl tad-19 ta’ Ottubru 2017. Rapa ntlaqtet minn Nissan GT-R waqt li kienet qed taqsam it-triq. Marki tar-roti tal-karozza fit-triq urew li l-karozza kienet bdiet tibbrejkja 44 metru qabel l-impatt, li esperti tal-qorti aċċertaw li kien seħħ b’140km/hr.

L-inċident kien inqabad b’diversi CCTV cameras, u xhieda fuq il-post qalu lill-Qorti li raw lill-vittma tiġi mwaddba fl-arja fuq is-central strip u mbagħad tinżel rasha l-ewwel mal-art.

Il-ħġieġa ta’ quddiem tal-karozza kienet mfarrka u l-airbags tagħha nfetħu bl-impatt.

Chircop kien ikkundannat wara li biddel it-talba tiegħu għal ħati.

Minbarra s-sentenza sospiża, il-Maġistrat Astrid May Grima imponiet multa ta’ €11,646 u ordnat li l-karozza tiġi kkonfiskata. Chircop issa ġie pprojbit milli jsuq għal sentejn, u ġie ordnat iħallas €3,800 fi spejjeż tal-qorti.

F’Jannar ta’ din is-sena, Chircop kien ġie ordnat iħallas lill-werrieta ta’ Rapa €324,000 f’kumpens f’kawża ċivili għad-danni, wara li qorti ddeċidiet li l-imprudenza tiegħu kienet ikkawżat il-mewt tal-mara.

Dak il-kumpens aktar tard ġie rdoppjat fl-appell, bil-qorti tal-appell tiddikjara li Chircop kien unikament responsabbli għall-inċident fatali.

L-Ispettur tal-Pulizija Jonathan Ransley mexxa l-prosekuzzjoni. L-avukati Franco Debono u Marion Camilleri assistew lil Chircop.

More in Qrati u Pulizija