Raġel ta’ 64 sena l-isptar wara inċident tat-traffiku

Raġel ta’ 64 sena jittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex fejn rriżulta li ġarrab ġrieħi serji

Kmieni dalgħodu għall-ħabta tat-tmienja u nofs ta’ filgħodu, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-għajnuna fi Triq Fortunato Mizzi, ir-Rabat, Għawdex. 

Minn stħarriġ preliminari rriżulta li seħħet ħabta bejn trakk misjuq minn raġel ta’ 71 sena residenti l-Munxar u jeep misjuqa minn raġel ta’ 64 sena. 

Ir-raġel ta’ 64 sena li kien passiġġier fil-jeep ġarrab xi ġrieħi u ttieħdet l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi. 

Il-Pulizija għadhom għaddejjin bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

More in Qrati u Pulizija