Mark Camilleri jgħid li Rosianne Cutajar taf tkun involuta f’korruzzjoni “ferm ikbar” minn dak li ġie rrappurtat

Rosianne Cutajar naqset milli tmur għas-seduta għat-tielet darba għal-libell li fetħet kontra Mark Camilleri, l-awtur tal-ktieb “A Rent Seekers Paradise”

Rosianne Cutajar MP Indipendenti
Rosianne Cutajar MP Indipendenti

L-Awtur Mark Camilleri qal fil-Qorti li l-iskala ta’ korruzzjoni li Rosianne Cutajar għadha x’taqsam fiha “taf tkun ferm ikbar” milli ġie rrappurtat. 

Cutajar, li issa hija Membru Parlamentari indipendenti, irriżenjat minn mal-Partit Laburista wara li Camilleri ppubblika traskritti  ta’ eluf ta’ messaġġi bejnha u bejn Yorgen Fenech, għal darb’oħra naqset milli tidher il-Qorti llum fuq il-libell li fetħet kontra Camilleri. 

Din kienet it-tielet darba konsekuttiva li ma dehritx. L-avukat Edward Gatt flimkien mal-avukat Mark Vassalli li qed jirrapreżentaw lil Cutajar fuq dan il-każ, qalu li kienu għad kif tkellmu ma’ Cutajar iżda ma’ jixtiqx li jgħid ir-raġuni għan-nuqqas tagħha f’seduta pubblika. 

Gatt wiegħed li Cutajar se tmur għas-seduta li jmiss. 

Camilleri xhed minflok rigward il-posts li kien hemm fuq Facebook. Camilleri stqarr li hu kiteb ktieb jismu “A Rent Seekers Paradise” li kien qed jirreklamah fuq Facebook. Parti mill-ktieb jitkellem dwar il-koruzzjoni u r-relazzjoni li kien hemm bejn Cutajar u Fenech. 

Camilleri qal lill-Qorti, li provi ċari wrew kif Fenech kellu x’jaqsam f’ħasil tal-flus f’isem il-eks ministru Konrad Mizzi u l-eks kap tal-persunal Keith Schembri fuq il-proġett tal-Electrogas. 

“Ir-relazzjoni bejn Cutajar u Fenech kienet korrotta fejn flus u favuri kienu qed jitpartu, għalhekk jien investigajt”, qal Camilleri hekk kif kompla jtenna li Cutajar kienet iddefendiet regolarment l-attivitá min-naħa tal-gvern rigward il-proġett tal-Electrogas, iddefendiet il-koruzzjoni li fiha kien involut Fenech, Joseph Muscat u Keith Schembri. 

Camilleri temm jgħid li l-Kummissjoni tal-Istandards Pubbliki irrapporta l-ftehim fuq propjetá li sar ma’ Fenech kien hemm suspetti ta’ atti kriminali apparti li kiser l-etika.

Camilleri xhed li s-somma ta’ flus li Fenechta lil Cutajar tahiela qabel id-diskors li kienet tat fil-Kunsill Ewropew. Iżda dan “x’nafu aħna miċ-chats ta’ Whatsapp, l-iskala (ta’ korruzzjoni) taf tkun ferm ikbar.”

Camilleri qal li għandu provi li juru li membri parlamentari użaw Whatsapp bħala mezz ta’ komunikazzjoni bejniethom, u għall-komunikazzjoni iktar sensittiva użaw Signal.

“Meta ppubblikajt l-istorja, kemm fil-ktieb tiegħu u kemm fuq Facebook, kont naf il-kontenut taċ-chats x’inhu, allura dak li kont qed ngħid kien ġie kkonfermat b’evidenza sostenzjali” qal Camilleri. 

Camilleri kiteb u ppubblika l-ktieb fl-2021, f’tliet xhur. 

More in Qrati u Pulizija