Mara tinstab mejta fil-baħar fil-limiti ta' Xrobb l-Għaġin

Il-Pulizija qalet li l-vittma ta' 39 sena instabet fl-10:45am u kienet liebsa ħwejjeġ tal-isports fiżiku

pulizija
pulizija

Mara ta’ 39 sena, residenti Ħal Tarxien instabet mejta fil-baħar fl-inħawi ta’ taħt il-Park tax-Xrobb l-Għaġin ġewwa Delimara, limiti ta’ Marsaxlokk.

L-Erbgħa filgħodu għall-ħabta tal-10:45, intlemaħ katavru u l-Pulizija talbet l-għajnuna tal-Forzi Armati ta’ Malta li marret fuq il-post b’ħelikopter.

Il-Maġistrat tal-Għassa Claire Stafrace Zammit ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta. L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejja.

More in Qrati u Pulizija