Raġel arrestat b'rabta ma' importazzjoni ta' 6kg kannabis

Huwa ġie arrestat waqt investigazzjoni tal-Pulizija hekk kif kien dieħel f'residenza f'Marsaskala

Raġel ta' 22 sena ġie arrestat it-Tlieta filgħaxija b'rabta ma' importazzjoni tad-droga.

Ir-raġel li huwa mill-Latvja, ġie nnutat dieħel f'residenza f'Marsaskala u ġie mwaqqaf mill-Pulizija li kienu għaddejjin b'investigazzjoni. Minn hawn skattat tfittxija fir-residenza li wasslet għal sejba ta' sitt kilogrammi kannabis. 

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Natasha Galea Sciberras ġiet infurmata bis-sejba u ħatret inkjesta. 

Huwa qed jinżamm fil-lock-up tal-Pulizija fil-Kwartieri Ġenerali fil-Furjana, u mistenni jitressaq il-Qorti llum għall-ħabta tas-1:00om.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

More in Qrati u Pulizija