Raġel li ġie aggredit fil-Marsa jsofri ġrieħi gravi

Il-każ seħħ għal-ħabta tas-7:00am fi Triq it-Tiġrija, il-Marsa, u l-aggressur ħarab minn fuq il-post

Raġel ta’ 37 sena sofra ġrieħi gravi wara li ġie aggredit fil-Marsa kmieni filgħodu tat-Tlieta għall-ħabta tas-7:00am.

Il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm persuna mal-art fi Triq it-Tiġrija, il-Marsa u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li raġel Somali allegatament ġie aggredit minn persuna b’ħadida. L-allegat aggressur ħarab minn fuq il-post. 

Ir-raġel minnufih ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar kura medika, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Qrati u Pulizija