L-Imħallef bi spezzjoni fuq is-sit li kkaġuna mewt Miriam Pace

Skavar f'dan is-sit wassal għall-kollass tad-dar ta' maġembu, fejn kien hemm Pace

L-Imħallef Consuelo Scerri Herrera għamlet spezzjoni fuq is-sit ta’ kostruzzjoni fil-Hamrun fejn ix-xogħlijiet wasslu għat-tiġrif li tar-residenza ta’ maġemb is-sit, li kkaġunat il-mewt ta’ Miriam Pace.

Pace mietet ta’ 54 sena meta d-dar tagħha fi Triq Joseph Abela Scolaro kkollassat lura fit-2 ta’ Marzu tal-2020. Dan kien waqt li kien għaddej xogħol ta’ skavar fil-plot ta’ maġemb id dar. Il-katavru tagħha ttella’ mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sigħat wara.

Iż-żewġ periti nvoluti nstabu ħatja u ngħataw sentenzi sospiżi.

L-Imħallef, flimkien mal-avukati tal-familja Pace, il-kuntrattur Ludwig Dimech u l-bennejj Nicholas Spiteri, żaru s-sit l-Erbgħa 6 ta’ Settembru.

Erba’ xhur ilu, sid is-sit daħħal rikors il-Qorti fejn talab li dan is-sit ikun rilaxxat lura, iżda l-avukati tal-kuntrattur daħlu rikors it-Tlieta 5 ta’ Settembru fejn talbu lill-Qorti terġa’ teżamina marki minn drill newmatiku li kien qed jopera fis-sit.

Dimech inizjarjament kien qabel li s-sit tkun rilaxxata lura lil sidha, iżda wara bidel id-deċiżjoni tiegħu.

Sabiex tissolva l-problema, il-Maġistrat ordnat din l-ispezzjoni sabiex tkun tista’ teżamina s-sit hi stess.

L-avukati Michael Sciriha, Roberto Moltalto, Roberto Spiteri u Franco Galea qed jirrappreżentaw lil Dimech, filwaqt li Franco Debono u Marion Camilleri qed jidhru għan-nom ta’ Spiteri

Joe Giglio u David Bonello qed jidhru parte civile għall-familja Pace.
 

 

More in Qrati u Pulizija