Ġrieħi gravi għal raġel li sab materjal pirotekniku viċin Delimara

Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li sofra ġrieħi f'idejh u f'wiċċu

Raġel ta' 32 sena sofra minn ġrieħi gravi hekk kif sab materjal pirotekniku li ħa f'idejh fl-inħawi ta' Delimara.

Il-każ seħħ it-Tlieta għall-ħabta tad-9:15pm, hekk kif il-Pulizija ġiet infurmata li raġel iddaħħal l-isptar b'diversi ġrieħi. Stħarriġ preliminari rriżulta li r-raġel, li jgħix f'San Pawl il-Baħar sab materjal pirotekniku, u meta dan ħa, ġarrab ġrieħi f'idejh u f'wiċċu.

Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei minn persuna li kienet miegħu, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Qrati u Pulizija