Ħaddmuhom, ma ħallsuhomx u issa għal Kordin: Żewġ Diretturi ta' fabbrika jintbagħtu sitt snin ħabs

Żewġ Diretturi ta' Leisure Clothing jitilfu l-appell u jispiċċaw Kordin fuq akkużi ta' traffikar tal-bnedmin...

Żewġ Diretturi ta' fabbrika llum magħluqa  - Han Bin u Jia Liu - li kienu qed iħaddmu lill-impjegati tagħhom b'mod mill-aktar abbużiv u f'kundizzjonijiet ħżiena ingħataw sentenza ta' sitt snin priġunerija fuq l-akkuża ta' traffikar uman, wara li tilfu l-każ quddiem il-Qorti tal-Appell. 

Rapporti kienu juru illi l-ħaddiema tal-fabbrika Leisure Clothing kienu qed jiġu mġiegħla jaħdmu 14-il siegħa kuljum u jaqilgħu biss €600 ħlas għal tmien xhur

Kien id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tax-Xogħol li qal lill-Qorti illi l-kumpanija kienet toħroġ il-payslip imma ma tagħtix il-pagi hekk kif il-flus kienu jitħallew "siguri għandha."

Kienu ħaddiema stess li eventwalment irrapportaw lis-sidien ta' din il-kumpanija u l-abbuż sfrenat fil-konfront tagħhom b'uħud jgħidu li kellhom jingħataw madwar €50,000 f'overtime biss. 

Leisure Clothing kienet fabbrika maġġuri f'pajjiżna u kienet tħit ħwejjeġ ta' ditti magħrufin bħal Emporio Armani u Karen Millen. 

Apparti mis-sentenza ta' priġunerija l-ħatja jridu jaqsmu l-ispejjeż bejnietom. 

 

More in Qrati u Pulizija