Raġel fis-sakra akkużat li weġġa' u hedded persuna minħabba l-aħbar tat-telfa ta' missieru

Wara li ngħata disa' xhur priġunerija r-raġel, li m'għandux fejn joqgħod u jinsab bla xogħol, għajjat 'grazzi'

Raġel ta’ 23 sena mis-Somalja tressaq il-Qorti hekk kif weġġa’ ħafif lil raġel, li kiser il-paċi pubblika fit-18 ta’ Diċembru u li hedded lill-istess raġel b’arma fis-27 ta’ Diċembru. Dan ġara hekk kif kien xurban wara l-aħbar li tilef lil missieru. Huwa ġie akkużat ukoll li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest.

L-akkużat stqarr fil-Qorti li jiddispjaċih ta’ dak li kien ġara u li ma kellux l-intenzjoni li jweġġa’ lill-vittma jew li jagħmel reat. Fil-fatt huwa ammetta għall-akkużi miġjuba kontrih filwaqt li qal li huwa kien qiegħed jiddefendi ruħu mill-vittma.

L-avukat li kien qiegħed jirrapreżenta lill-akkużat qal li l-inċident kien riżultat taċ-ċirkustanzi li jinsab fihom, inkluż minħabba l-mewt ta' missieru. L-ispettur f’dan il-każ ikkonfermat li l-akkużat kien ikkopera mal-pulizija u qalet li huwa evidenti li għandu bżonn l-għajnuna biex jerġa’ jiġi fuq saqajh. “M’għandux fejn joqgħod u m’għandux xogħol. Għandu bżonn l-għajnuna.”

Fid-dawl ta’ dawn iċ-ċirkostanzi, il-Qorti ordnatli disa’ xhur priġunerija sospiżi għal sentejn. B’din l-aħbar, l-akkużat għajjat grazzi u għamel sinjal ta’ ringrazzjament qabel ma’ nħareġ mill-Qorti.

More in Qrati u Pulizija