18-il pakkett kokaina, pirmli u 12-il pakkett kannabis fuq raġel arrestat f'Paceville

Ir-raġel qed jinżamm arrestat u mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin...

Rondi mill-Pulizija fl-inħawi ta’ Paceville wasslu għall-arrest ta’ raġel ta’ 30 sena mill-Mali, residenti San Ġwann, wara li nstab fil-pussess ta’ diversi pakketti, allegatament droga.

Ilbieraħ, għal xil-5:00 p.m fi Triq San Ġorġ, San Ġiljan il-Pulizija nnutaw persuna taġixxi b’mod suspettuż u għalhekk waqqfuh u wara li saret tfittxija fuqu, saret ukoll tfittxija f’kamra ta’ lukanda fil-viċin li kien qed jagħmel użu minna.

il-kamra l-pulizija sabu 18-il pakkett b’sustanza bajda suspettata droga kokaina, numru ta’ pirmli f’pakkett ieħor, 12-il pakkett b’sustanza ħadra suspettata droga kannabis kif ukoll diversi oġġetti relatati mal-bejgħ tad-droga.

Ir-raġel qed jinżamm arrestat u mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin. L-investigazzjonijiet fuq il-każ għadhom għaddejjin.

More in Qrati u Pulizija