Jammetti fil-Qorti li ta daqqa ta' sikkina lil raġel ieħor

Ir-raġel ingħata sentenza ta’ ħabs sospiża għal erba’ snin

Raġel ngħata sentenza sospiża wara li fil-Qorti ammetta li b’sikkina kkaġuna feriti gravi fuq raġel ieħor.

Ir-raġel, Eġizzjan ta’ 51 sena, tressaq il-Qorti ta’ Għawdex akkużat li nhar id-9 ta’ Marzu kien fil-pussess ta’ sikkina u biha weġġa’ Eġizzjan ieħor waqt argument.

Huwa minnufih ammetta l-akkużi u ngħata sentenza ta’ ħabs sospiża għal erba’ snin.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.

More in Qrati u Pulizija