Il-Vojt kien qal illi l-ġlieda bejnu u Roderick Grech kienet dwar ħlas ta' droga

Tingħata l-verżjoni ta' Etienne Bartolo - magħruf bħala l-Vojt - fil-ġuri dwar il-qtil ta' Grech

Etienne Bartolo (nofs) jitkellem mal-avukati tiegħu
Etienne Bartolo (nofs) jitkellem mal-avukati tiegħu

Etienne Bartolo, magħruf bħala l-Vojt u li qed ikun akkużat bil-qtil ta' Roderick Grech - it-tnejn minn Birkirkara - kien qal lill-pulizija li hu kien argumenta ma' Grech fuq ħlas ta' droga.  Dan hekk kif illum il-ġuri tal-Vojt daħal fit-tielet jum tiegħu b'Bartolo ta' 39 sena ikun akkużat illi ta daqqa ta' sikkina lil Grech u li konsegwentement qatlu.

Uffiċjal tal-Pulizija tas-CID mill-iskwadra tal-omiċidji qal illi wara li kien arrestat Bartolo beda jagħti l-verżjoni tiegħu tal-inċident.  Kien qal illi Grech kien ċempillu biex jixtri d-droga u kienu ltaqgħu n-Naxxar. 

Huma u jsuqu lejn Birkirkara, Bartolo qal lil Grech li ma kellux biżżejjed flus u allura Grech qallu li mhux se jagħtih droga.  Minn hawnhekk żviluppat ġlieda li saret fiżika, bi Grech jagħti daqqa fuq spallejn Bartolo.  Jidher li f'dan il-punt Bartolo ħareġ mus u nifed lil Grech. 

Bartolo kien qal lill-pulizija li huwa kien jibża' mill-vittma.

More in Qrati u Pulizija