Ma jistax imur jara logħob tal-futbol hekk kif jinstab ħati li qala' l-inkwiet f'Ta' Qali

Il-Qorti m'oġġezzjonatx għall-ħelsien mill-arrest u talbitu jħallas €500 f'depożitu u €3,500 f'garanzija personali

Partitarju tal-futbol mhux se jitħalla jattendi għal logħbiet fi kwalunkwe post madwar il-pajjiż b'mod temporanju, wara inċidenti fl-Istadium Nazzjonali f'Ta' Qali. 

Iż-żagħżugħ ta' 22 sena minn Pembroke kien akkużat illi f'żewġ każi separati, ġab ruħu b'mod abbużiv, uża lingwaġġ oxxen fil-pubbliku, m'obdiex ordnijiet leġittimi, inċità dan l-inkwiet u kiser il-paċi pubblika.

Dawn l-inċidenti seħħew iktar kmieni dan ix-xahar. 

L-avukata tal-akkużat Martha Mifsud qalet illi l-klijent tagħha qed iwieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjubin kontrih. "Forsi intqalu xi affarijiet vera, imma dan mhux xi kriminal kbir," qalet filwaqt rrimarkat illi l-akkużat għadu żgħir.

Il-Qorti m'oġġezzjonatx għall-ħelsien mill-arrest u talbitu jħallas €500 f'depożitu u €3,500 f'garanzija personali. 

More in Qrati u Pulizija