Sliema Wanderers ordnati jħallsu €35,900 f'overdraft

Il-bank HSBC ħa lill-klabb tal-futbol il-Qorti bil-għan li jissetiljaw il-ħlasijiet dovuti

Sliema Wanderers FC ġew ordnati jħallsu €35,905.67 lill-HSBC minħabba overdraft li baqa’ qatt ma tħallas.

Il-bank ipprova jagħmel diversi tentattivi biex il-klabb tal-futbol, li jilgħab fil-Premier, iħallas dak dovut.

Kien għalhekk li l-bank ħa lill-klabb il-Qorti f’Diċembru li għadda biex iħallas €31,749.95 u l-interessi li jammontaw għal €1,019.76.

Il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili, ppreseduta mill-Imħallef Mark Chetcuti lagħet it-talba u ordnat il-bank iħallas dak kollu dovut minnu, inkluż l-ispejjeż u l-interessi mill-14 ta’ Novembru.

Sliema Wanderers ma tantx sejrin tajjeb fil-league Malti hekk kif bħalissa jinsabu fit-tielet post mill-aħħar.

Il-klabb għaddej ukoll minn sfidi finanzjarji tant li kien hemm plejers li ma kinux qed jitħallsu. Minħabba f’hekk, l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol kellha tintervjeni f’Novembru li għadda.

More in Qrati u Pulizija