Il-Pulizija Maltija f’ħidma konġunta mal-Pulizija tan-Normandija arrestat raġel Malti wara serqa ta’ numru ta’ srieken, liema serqa seħħet fi Franza.
Fi stqarrija, il-Pulizija saħqet li l-Pulizija tan-Normandija talbet l-għajnuna tal-Pulizija Maltija ftit tax-xhur ilu permezz tal-European Investigation Order u dan dwar serqa li seħħet xi snin ilu.
Is-srieken li nsterqu jiswew eluf ta’ ewro.
Jidher li dawn is-srieken instabu f’xi proprjetajiet fil-Marsa wara ġimgħat ta’ investigazzjoni.
Wara r-rejd li wettqet, il-Pulizija arrestat Malti.
Il-Pulizija għadha qed tinvestiga.