Iwieġeb mhux ħati li faqa' t-tanbur ta' widnejn martu

Ir-raġel allegatament taha daqqa kbira f'rasi u li kawża tagħha nfaqalha t-tanbur

Raġel ta’ 32 sena ċaħad l-akkużi li faqa’ t-tanbur ta’ widnejn martu waqt inċident ta’ vjolenza domestika li matulu allegatament taha daqqa kbira f’rasha.

Ir-raġel, Indjan u li jgħix Santa Venera, tressaq il-Qorti dalgħodu quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke, akkużat li weġġa’ gravi lil martu, fost akkużi oħra.

Il-każ, allegatament, seħħ nhar it-8 ta’ Jannar.

Huwa wieġeb mhux ħati iżda d-Difiża ma talbitx għall-ħelsien mill-arrest. 

More in Qrati u Pulizija