Aġġornata | Il-Maġistrat Lia tirrikuża ruħha ... Il-kumpilazzjoni kontra Fenech tibda ġurnata oħra

Il-Maġistrat Nadine Lia tiġi mill-Avukat tal-Prim Ministru

Il-Maġistrat Nadine Lia rrikużat ruħha milli tisma' l-kumpilazzjoni tal-evidenza kontra Yorgen Fenech akkużat b'kompliċità fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.

Dan wassal biex il-kumpilazzjoni tal-evidenza kontra Fenech, li kellha tibda llum, issir darb'oħra meta jintagħżel Maġistrat ieħor. 

Kemm il-familja Caruana Galizia u anke Fenech oġġezzjonaw li tkun Nadina Lia li tisma' l-kumpilazzjoni minħabba l-fatt li Lia hija miżżewġa lit-tifel ta' Pawlu Lia, l-Avukat tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

Fenech tressaq il-Qorti nhar is-Sibt li għadda akkużat b'kompliċità fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia u wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih. L-assi tiegħu ġew kollha ffriżati.

Ilbieraħ, f’każ separat, Yorgen Fenech akkuża lil Keith Schembri, l-eks Chief of Staff tal-Prim Ministru li pprova diversi drabi jwaqqfu milli jgħaddi informazzjoni lill-Pulizija.

Dan għamlu, qed jgħid Fenech, permezz ta' terzi persuni u permezz ta' wiegħdi.

Fenech qed jisħaqli hu għandu dritt ta' smigħ xieraq, "liberu mill-interessi politiċi jew interessi personali u kunflitt ta' interess.

More in Qrati u Pulizija