Sid ta' stabbiliment f'Paceville jinżamm arrestat wara qabda ta' droga fl-Ajruport

Hu wieġeb li mhux ħati u talab il-ħelsien mill-arrest.

Sid ta’ stabbiliment f’Paceville wieġeb mhux ħati li importa żewġ kilogrammi ta’ droga kokaina.

Ir-raġel ta’ 31 sena mill-Libja deher quddiem il-Maġistrat Nadine Lia akkużat b’pussess u importazzjoni tad-droga.

L-Ispettur Frank Anthony Tabone mill-pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, qal fil-Qorti li r-raġel kien ġie arrestat mal-wasla tiegħu fl-ajruport. 

Fil-Qorti l-akkużat ċaħad li kien jaf li fil-bagalji tiegħu kien hemm id-droga u qal li huwa kien se jgħaddi dawn il-bagalji lil persuna oħra. Il-Pulizija qed tipprova tidentifika din il-persuna.

Hu wieġeb li mhux ħati u talab il-ħelsien mill-arrest.

Il-qorti ċaħdet it-talba, minħabba l-biża li l-akkużat jbagħbas l-evidenza.

L-avukati Franco Debono u Marion Camilleri dehru għall-akkużat.

More in Qrati u Pulizija