Probation flok ħabs għal raġel li nstab ħati b'serqa 11-il sena ilu

Iżda illum fl-appell tiegħu r-raġel argumenta li minħabba l-problemi ta’ saħħa tiegħu ma setgħax jimmira u jispara t-taser.

Fis-sentenza tagħha l-Qorti tal-Appell naqqset is-sentenza ta’ ħabs mogħtija lil raġel li kien instab ħati b’serqa 11-il sena ilu.

F’Lulju tal-2008, ir-raġel kien għamel użu minn taser waqt serqa fuq mara. Il-mara kienet segwiet lill-ħalliel u laħħqet miegħu u rnexxielha titkellem miegħu u tikkonvinċih jagħtiha lura l-karti ta’ kreditu tagħha, liċenzja tas-sewqan u ftit mill-flus. Huwa imbagħad ħarab wara li kien seraq madwar €150.

Eventwalment ir-raġel kien ġie arrestat u tressaq il-Qorti bil-konsegwenza li ġie kkundannat tliet snin ħabs. Huwa kien ġie ordnat iservi s-sentenza tiegħu fit-taqsima medika fl-Isptar Mount Carmel minħabba problemi ta’ saħħa.

Iżda illum fl-appell tiegħu r-raġel argumenta li minħabba l-problemi ta’ saħħa tiegħu ma setgħax jimmira u jispara t-taser.

Fid-deċiżjoni tagħha dwar il-kwistjoni, il-Qorti qablet mal-ewwel sentenza madanakollu nnotat ix-xhieda tal-uffiċjal inkarigat mill-probation tar-raġel. Dan tal-aħħar qal kif ir-raġel kien għamel progress tajjeb biex tingħeleb il-vizzju tad-droga.

Fid-dawl ta 'dan, il-Qorti biddlet is-sentenza ta' tliet snin ħabs tar-raġel fi tliet snin probation u ordni ta’ trattament. Il-Qorti qalet ukoll li l-akkużat ma kienx ħati li żamm il-vittma tiegħu kontra r-rieda tagħha.

L-Avukat Kathleen Calleja Grima dehret akkużat.

More in Qrati u Pulizija