Joe Sammut mmultat €2,000 talli ħadem bħala accountant mingħajr assigurazzjoni

Għal dawn ir-raġunijiet, il-Qorti sabet lil Sammut ħati u mmultatu €2,000.

Illum il-Qorti mmultat lill-accountant Joe Sammut €2,000 wara li nstab ħati li ħadem bħala accountant mingħajr kopertura professjonali.

Skont il-liġi dan ir-reat jġorr miegħu sa €6,000 multa jew sentenza ta’ tliet xhur priġunerija 3 xhur.

L-akkużat argumenta fil-Qorti li l-akkużi kienu preskritti iżda l-Qorti argumentat lura lir-rappreżentant tal-Bord tal-Kontabilità kien qal li Sammut xorta waħda kellu l-warrant biex jipprattika u allura r-reat baqa għaddejj.

L-akkużat kien argumenta wkoll li ma kellux warrant biex jipprattika bħala accountant jew awditur. B’reazzjoni l-Qorti qalet li jekk dan huwa vera, dan se jservi sabiex ir-reat issir aktar serju.

Il-Qorti nnotat wkoll li s-segretarju tal-Bord tal-Kontabilità kien talab lil Sammut jibdel il-warrant tiegħu, iżda li kien naqas milli jagħmel. Kaġun t’hekk il-Bord kellu jneħħi lill-akkużat mil-lista tal-awdituri.

Għal dawn ir-raġunijiet, il-Qorti sabet lil Sammut ħati u mmultatu €2,000.

Fi proċeduri kriminali oħra li għaddejjin bħalissa, Sammut qed jiffaċċja akkużi ta’ ħasil ta' flus, frodi u miżappropjazzjoni fuq allegazzjonijiet li għen liċ-ċittadini Libjani jiksbu permess ta’ residenza billi jiftħu kumpaniji foloz.

More in Qrati u Pulizija