Saviour Balzan jiftaħ libell kontra Ivan Camilleri ...

Jgħid li dan il-libell se jkun qed jiftħu minħabba diversi raġunijiet

Fi stqarrija l-Editur Maniġerjali tal-kumpanija MediaToday qal li se jkun qed jiftaħ libell fil-konfront ta' Ivan Camilleri fuq kummenti li l-istess Camilleri għamel wara l-istorja tal-bieraħ.

Ilbieraħ il-gazzetta MaltaToday żvelat kif allegatament Ivan Camilleri kkonfrontat minn sid ta' Supermarket dwar każ ta' serq. F’kitba fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook Camilleri nnega l-istorja u spjega li l-affarijiet ma ġewx misruqa. Huwa qal li nesa jgħaddi dawn l-affarijiet lill-kaxxiera

Balzan illum saħaq, li "liema storja ktibtha wara verifiki li għamilt ma’ numru ta’ persuni, apparti affarijiet oħrajn. Fi 33 sena bħala ġurnalist u sid ta’ kumpanija tal-midja din hija t-tieni darba biss li rrikorrejt għal-libell. Jien qatt ma ħassejt li għandi nagħmel libell meta ġejt mżeblaħ, jew akkużat bi preġudizzju politiku taħt gvernijiet differenti jew inkella meta l-familja tiegħi sfat attakkata għax sempliċiment hi l-familja tiegħi."
 
Kompla jgħid li dan il-libell se jkun qed jiftħu minħabba diversi raġunijiet fosthom. "Se nagħmel dan biex il-verità ta’ dan il-każ toħroġ, biex nuri li fil-karriera tiegħi jien ktibt fuq kullħadd u fuq kull każ irrespettivament mill-kulur politiku u żvelajt każijiet oxxeni ta’ korruzzjoni taħt il-gvernijiet ta’ sitt prim ministri: Dom Mintoff, Karmenu Mifsud Bonnici, Eddie Fenech Adami, Alfred Sant, Lawrence Gonzi u Joseph Muscat.

Fl-aħħar nett huwa sostna li "f’kull kitba u investigazzjoni kont imnebbaħ li nippubblika l-verità u mhux li nkisser ir-reputazzjoni ta’ xi ħadd. Li l-ġurnalisti mhumiex Allat, jiġifieri li jistennew li jiktbu fuq ħaddieħor u imbagħad ma jarawx x’jagħmlu huma stess."

More in Qrati u Pulizija