€5,000 kumpens għal raġel li nħeles mill-akkużi wara 11-il sena

Fl-2006 huwa kien ġie akkużat b'numru ta' reati relatati mal-vjolenza domestika

Wara 11-il sena f'taqbida legali raġel li kien ġie lliberat b'vjolenza domestika ngħata kumpens ta’ €5,000 f’danni morali.

Fl-2006, hu kien ġie akkużat b’numru ta’ reati relatati mal-vjolenza domestika u sussegwentement instab ħati fl-2011. Madanakollu huwa kien appella minn din is-sentenza u fl-2017 is-sentenza oriġinali tiegħu tnaqqset minn 18-il xahar ħabs sospiżi għal tliet snin għal probation.

L-avukati tiegħu Joe Giglio u Sarah Mifsud kienu ppreżentaw rikors Kostituzzjonali u argument li d-dritt tiegħu għal smigħ ġust kien inkiser minħabba d-dewmien fil-proċeduri legali.

Fis-sentenza tiegħu, l-Imħallef Robert Mangion saħaq li l-proċeduri kriminali m’għandhomx jieħdu daqshekk żmien u aċċetta l-ilment kostituzzjonali. Il-Qorti ordnat lill-Avukat Ġenerali jħallas lir-raġel €5,000 bħala kumpens.

More in Qrati u Pulizija