Il-Qorti ma tilqax it-talba tal-aħwa Degiorgio sabiex jiġi sospiż il-każ kriminali

George Degiorgio kien fetaħ każ fejn saħaq li t-telefonati interċettati biex jintużaw kontrih huma illegali

Fid-deċiżjoni tagħha l-Qorti Ċivili ma laqgħetx l-applikazzjoni urġenti tal-aħwa Degiorgio sabiex jiġi sospiż is-smigħ minħabba l-każ kostutizzjonali li huma fetħu li fih qed jitfgħu f'dibju l-legalita tat-telefonati interċettati u li ntużaw bħala evidenza kontrihom.

L-avukat tad-difiża William Cuschieri qiegħed jargumenta li d-drittijiet tal-klijenti tiegħu nkissru u anke talab biex dawn it-telefonati interċettati “b’mod illegali” ma jibqgħux jitqiesu bħala parti mill-evidenza.

Waqt il-kumpilazzjoni tal-evidenza kontra Degiorgio, ħuh Alfred u Vinve Muscat, il-Pulizija qalu li għamlu użu minn konverżazzjonijiet tat-telefon biex jimmoniterjaw lill-akkużati u anke l-moviment tal-bomba stess. 

Minn naħa l-oħra l-avukat Victoria Buttigieg mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali għamiltha ċara li dawn l-interċetti telefoniċi ma kienux l-unika parti ta' evidenza li waslet għall-arrest tagħhom. "Kien hemm ammont kbir ta' evidenza li jpoġġuhom fil-post tad-delitt. Dan huwa attentat mid-difiża sabiex jiġi kkawżat dewmien fil-proċeduri kriminali. L-aktar l-aktar, id-difiża tista' titlob sabiex din l-evidenza tispiċċa inammissibbli,  argumentat Buttigieg.

More in Qrati u Pulizija