Wieħed mit-tlett irġiel akkużati bil-mewt ta’ Daphne Caruana Galizia ressaq applikazzjoni urġenti biex jiġi sospiż smigħ quddiem il-Qorti Ċivili skedat għal 31 ta’ Ottubru u dan minħabba każ li fetaħ quddiem il-Qorti Kostituzzjonali li fih qed jitfa f’dubju l-legalità tat-telefonati interċettati u li ntużaw bħala evidenza kontrih.
Waqt il-kumpilazzjoni tal-evidenza kontra Degiorgio, ħuh Alfred u Vince Muscat il-Pulizija xehdet kif użaw telefonati interċettati biex jimmoniterjaw il-konverżazzjonijiet bejn l-akkużati u anke biex jistabbilixxu l-moviment tal-bomba u kif din ġiet attivata.
Madanakollu l-ebda telefonata interċettata ma ġiet ippreżentata lill-Qorti.
Propju għalhekk li l-ġimgħa li għaddiet l-Avukat Cuschieri insista li d-drittijiet tal-klijent tiegħu nkissru u anke talab biex dawn it-telefonati interċettati “b’mod illegali” ma jibqgħux jitqiesu bħala parti mill-evidenxza.
Fil-31 ta’ Ottubru, il-Qorti Kriminali mistennija tikkunsidra numru ta’ talbiet qabel jibda l-ġuri kontra t-tlett irġiel.
Madanakollu, Degiorgio talab lill-Qorti Kostituzzjonali biex tissospendi dan is-smigħ immedjatament sakemm jinstema’ l-każ dwar it-telefonati.