Jinżammu arrestati fuq akkużi li ppruvaw idaħħlu 40 kilo droga kannabis f'Malta

Huma wieġbu li mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrihom.

Żewġt irġiel Sqallin tressqu l-Qorti akkużati bl-importazzjoni ta’ madwar 40kg kannabis.

L-akkużati wieħed ta’ 36 sena u l-ieħor ta’ 6 sena dehru taħt arrest quddiem il-Maġistrat Charmiane Galea akkużati bl-importazzjoni ta’ drogi, pussess ta’ droga u 

Huma wieġbu li mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrihom.

Fil-Qorti wieħed mis-sidin qal li huwa sid ta’ ristoranti fil-bajja ta’ San Pawl filwaqt li l-akkużat l-ieħor qal li ġie hawn Malta fuq btala.

Il-prosekuzzjoni spjegat fil-Qorti li l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga kienet interċettat il-vettura tagħhom li fiha nstabu erbatax-il kaxxa tal-kartun mimlija boroż żgħar tal-kannabis. Apparti minn hekk, ġie żvelat fis-seduta tal-lum li raġel Malti ta’ 61 sena minn Santa Venera qed ikun interrogat b’rabta ma’ dan il-każ.

Intant dalgħodu l-qorti ħarġet mandat ta’ ffriżar fuq l-assi u l-propjetà kollha tal-akkużati, manadakollu huma se jkollhom aċċess għal ftit inqas minn €14,000 fis-sena għall-ispejjeż tal-għixien. Din hi prattika normali fil-każijiet tat-traffikar tad-droga.

Finalment il-ħelsien mill-arrest ma ntabalx mid-difiża u għalhekk l-irġiel se jinżammu taħt arrest.

More in Qrati u Pulizija