Żewġt irġiel jinżammu arrestati wara li allegatament qabbdu appartament f'Buġibba

Wieħed mill-irġiel kien jinsab fuq ħelsien mill-arrest wara li attakka bouncer b’xabla fl-2016

Żewġt irġiel inżammu arrestati wara li tressqu l-Qorti akkużati li qabbdu appartament f’Buġibba.

Il-każ seħħ fl-4 ta’ Ottubru li għadda, b’żewġ żgħażagħ ta’ 33 sena u 23 oħra, mil-Libja, jitressqu akkużati li taw in-nar lill-appartament, li jinsab fi Triq l-Isponoz.

Wieħed mill-irġiel kien jinsab fuq ħelsien mill-arrest wara li attakka bouncer b’xabla fl-2016.

Huma wieġbu mhux ħatja.

L-Avukat Franco Debono, li mal-Avukat Amadeus Cachia qed jidher għall-akkużati, saħaq li wieħed minnhom għandu kondotta nadifa.

Minħabba n-natura tal-każ, iż-żewġt irġiel ma ngħatawx il-ħelsien mill-arrest.

More in Qrati u Pulizija