Jintbagħat 18-il xahar ħabs wara li nstab ħati li xerred il-pornografija tat-tfal

Ir-raġel li ismu ma jistax jixxandar b’ordni tal-Qorti wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih

Raġel ta’ 36 sena minn Ħal Għaxaq ġie kkundannat 18-il xahar ħabs wara li nstab ħati li kellu fil-pusses tiegħu materjal pornografiku ta' minuri.

Ir-raġel li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti kien ġie arrestat wara li l-Pulizija rċeviet informazzjoni dwar l-attività tiegħu.

L-Ispettur Roxanne Tabone akkużat lir-raġel b’pusses ta’ pornografija ta’ minuri u b’tixrid ta' din l-istess pornografija.

Ir-raġel li jaħdem bħala uffiċjal tal-loġistika wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih. 

Fid-dawl ta’ dan, il-Qorti kkundannat lir-raġel sentenza ta’ 18-il xahar ħabs. Huwa ġie ordnat ukoll jsegwi programm ta’ trattament ta' sentejn.

More in Qrati u Pulizija