Il-Pulizija tinvestiga l-vandaliżmu fuq il-karavan ta' anzjan akkużat b'pedofelija

L-anzjan tressaq il-Qorti nhar is-Sibt li għadda akkużat b’fastidju sesswali fuq erbat ibniet taħt l-età

Persuni mhux magħrufa vvandalizzaw il-karavan ta’ raġel li tressaq il-Qorti akkużat b’fastidju sesswali fuq erbat ibniet taħt l-età u l-Pulizija qed tinvestiga dan il-każ.

L-anzjan ta’ 63 sena, tressaq il-Qorti nhar is-Sibt li għadda akkużat li kellu x’jaqsam ma’ tifla ta’ għaxar snin u li kkorrompa tlett ibniet oħra li għandhom bejn seba’ u tnax-il sena.

Huwa qed iwieġeb mhux ħati tal-akkużi.

Ftit wara li tressaq il-Qorti, il-karavan tiegħu fl-Armier spiċċa fil-mira ta’ persuni mhux magħrufa li kitbu fuqu: “Pedoflu” u “Annimal."

More in Qrati u Pulizija