Il-plejer tal-futbol ħati li ta fastidju lill-eks sieħba tiegħu jingħata l-ħelsien mill-arrest

Fil-Qorti d-Difiża qalet illi 15-il xahar priġunerija jistgħu jkissrulu l-karriera fil-futbol u li għadda minn trawma fl-aħħar ġimagħtejn fil-ħabs

Il-plejer tal-futbol Clifford Gatt Baldacchino
Il-plejer tal-futbol Clifford Gatt Baldacchino

Il-plejer tal-futbol Malti li nstab ħati illi ta fastidju lill-eks sieħba tiegħu Clifford Gatt Baldacchino appella mis-sentenza li ngħata u qal illi 15-il xahar priġunerija huma eċċessivi u jistgħu jkissrulu l-karriera fil-futbol. 

Il-Qorti, iktar tard, aċċetat it-talba għall-ħelsien mill-arrest fuq numru ta' kundizzjonijiet. 

Gatt Baldacchino kien diġà qed jikser l-ordni ta' protezzjoni tal-Qorti meta segwa lill-eks sieħba u kien qed iċemplilha bla waqfien. Huwa ammetta illi kien qed juża mġiba ossesjonata. 

Waqt smigħ illum id-difiża argumentat illi Gatt Baldacchino ma setax jaċċetta illi r-relazzjoni li kellu, ta' sentejn, kienet spiċċat u li kellu bżonn għajnuna professjonali biex jgħaddi minn perjodu ikrah ta' ħajtu. 

Wara kollox, fakkret id-difiża, Gatt Baldachino kien qed jagħti servizz lill-istat bħala pjejer tal-futbol mat-tim nazzjonali. 

L-Avukat difensur Mark Vassallo qal illi l-klijent tiegħu kien għaddej minn trawma, speċjalment fl-esperjenza tiegħu fil-ħabs fl-aħħar ġimagħtejn. Għajnuna professjonali psikoloġika għandha terġa' ġġibu f'tiegħu.

Vassallo qal li 15-il xahar huma wisq u se jkissru l-karriera tal-plejer, "għall-inqas għadna nippruvaw nsalvawh."

Il-familja u ħbieb kienu preżenti fil-Qorti. 

Il-Qorti aċċettat li Gatt Baldacchino jingħata l-ħelsien mill-arrest.  

More in Qrati u Pulizija