Jinstabu ħatja li serqu tgħammir tal-kostruzzjonji fil-ħemda tal-lejl

It-tielet persuna se jkun qed jinżamm taħt arrest preventiv

Żewġt irġiel ta' 29 sena u 34 sena rispettivament illum instabu ħatja li serqu tgħammir tal-kostruzzjoni minn sit fil-Marsa.

Fil-Qorti, l-prosekuzzjoni spjegat kif fil-lejl tas-serqa, wieħed mill-akkużati, Tuneżin ta' 29 sena residenti ġewwa l-Pietà ġabar żewġt irġiel oħra fil-van tiegħu, Malti ta' 34 sena residenti Ħal-Qormi u Taljan ta' 48 sena u rħewlha lejn is-sit tal-kostruzzjoni fil-Marsa.

It-Tuneżin u l-Malti wieġbu ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom filwaqt li t-Taljan wieġeb mhux ħati.
Fis-sentenza tagħha l-Qorti poġġiet lit-Tuneżin fuq probation għal perjodu ta' tliet snin filwaqt li r-raġel l-ieħor ta’ 34 sena li kien ukoll riċediv intbagħat 13-il xahar ħabs.

It-tielet persuna se jkun qed jinżamm taħt arrest preventiv wara li kiser il-kundizzjonijiet għall-ħelsien mill-arrest tiegħu f'każ separat.

 

More in Qrati u Pulizija