Raġel akkużat illi seraq minn dar f'Marsaxlokk jinżamm taħt arrest

Il-Qorti ma laqgħetx it-talba għall-ħelsien mill-arrest ta' raġel akkużat illi seraq minn dar f'Marsaxlokk

Il-Qorti ma laqgħetx talba għall-ħelsien mill-arrest ta' raġel li qed ikun akkużat illi seraq oġġetti minn dar f'Marsaxlokk, għall-valur totali ta' €2,329. 

Iż-żagħżugħ minn Marsaxlokk kien segwit mill-Pulizija wara li dar fuq u turn b'mod ħażin fuq dawl aħmar. Eventwalment kien arrestat f'Santa Venera. 

Wara tfittxija tal-karozza l-uffiċjali sabu dollari, muniti Żvizzeri, basket ta' ħwejjeġ ta' kwalità u fwieħa. Fil-każ tal-fwieħa jidher illi din kienet rigal mogħti lilu minn martu. 

L-akkużat kien miżmum taħt il-kustodja tal-Pulizija. 

More in Qrati u Pulizija