Jammetti li hedded lil ħuh li se jgħaddi minn fuq it-tfal bil-karozza

Raġel tressaq akkużat li kien qed jhedded lil ħuħ, lill-mara tiegħu u lit-tfal tagħhom

Raġel tressaq il-Qorti akkużat li ffastidixxa lil ħuħ, lill-mara ta’ ħuh u lit-tfal tagħhom u li kkawżalhom biża’.

L-akkużat wieġeb minnufih ħati.

Huwa ammetta li kiteb posts fuq Facebook intiżi għal ħuh u l-familja tiegħu, li heddidhom li se jisparalhom, li jsuq fuq in-neputijiet tiegħu u li jqabdilhom id-dar.

Wara li neħħewh minn fuq Facebbok, l-akkużat ċempel lil ħuh biex jheddu kemm ilbieraħ u anke dalgħodu stess.

Kien għalhekk li l-familja rrapportat lill-Pulizija.

Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech ħarġet ordni ta’ protezzjoni għall-vittmi waqt li wissiet lill-akkużat biex ma jersaqx lejhom u lanqas jagħmel kuntatt magħhom.

Jekk jikser din l-ordni, jeħel multa ta’ €7,000

Huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €300 u garanzija personali ta’ €5,000

Kien ordna jiffirma fl-għassa tliet darbet fil-ġimgħa.

More in Qrati u Pulizija