Mara ta' 33 sena mill-Bulgarija ngħatat is-sentenza ta' tmien xhur ħabs wara li nstabet ħatja ta' diversi serqiet.
L-Ispettur Jeffrey Scicluna spjega li l-mara kienet arrestata wara li serqet it-total ta' €1,310 fi flus kontanti minn tliet persuni differenti nhar il-31 ta' Lulju u t-2 ta' Awissu.
L-avukat tagħha Shaheryar Ghaznavi, spjega li hi kienet ħadmet bħala waitress iżda bħalissa kienet tinsab bla xogħol. Madanakollu, sorsi li tkellmu mal-MaltaToday spjegaw kif din il-mara kienet qed tiġi meqjusa bħala, 'espert tal-pick pocketing' u li fil-fatt dan is-serq kien ix-xogħol tagħha.
Il-mara wieġbet ħatja għall-akkużi miġjuba kontriha, bil-Qorti timponi s-sentenza ta' tmien xhur ħabs.