Sentenza sospiża għar-raġel li spara fl-ajru u fuq il-karozzi pparkjati waqt li kien fis-sakra

Aktar kmieni din il-ġimgħa raġel ta' 38 sena nżamm arrestat wara li nqabad jispara fl-ajru u fuq karozzi pparkjati.

Raġel ta’ 38 sena li aktar kmieni din il-ġimgħa nżamm arrestat wara li nqabad jispara fl-arju u fuq karozzi pparkjati waqt li kien fis-sakra illum ingħata s-sentenza ta' 15-il xahar ħabs sospiżi għal tliet snin.

Huwa qed ikun akkużat li għamel użu minn arma tan-nar bla liċenzja, li kkawża ħsara, li kien fis-sakra fil-pubbliku u li kiser il-paċi pubblika.

Qabel ma tgħat is-sentenza tagħha il-Qorti kienet preżentata b'nota minn wieħed mis-sidin tal-karozzi li sfaw milquta mit-tiri tal-akkużat. Minn naħa tiegħu dan sostna li ma kienx interessat fil-każ għaliex il-ħsara kien minima, dik ta' €50. 

Fid-dawl ta' dan kollu, il-Maġistrat Josette Demicole imponit fuq l-akkużat is-sentenza ta' 15-il xahar ħabs sospiża għal 3 snin.

Is-Supretendent Mario Haber mexxa l-prosekuzzjoni filwaqt li l-avukat Graziella Tanti dehret għall-akkużat.

More in Qrati u Pulizija