Raġel li qatel kelb wara li sabbtu quddiem il-Pulizija jwaħħal fid-droga

Rakkont xokkanti ta' kif raġel intilef f'dagħdigħa kontra ħuh u l-kelb, li miet ftit sigħat wara

Raġel li qed ikun akkużat li qatel kelb quddiem uffiċjali tal-Pulizija qal lill-istess pulizija li kien qed isofri minn sintomi relatati mad-droga meta wettaq l-att kriminali.

L-akkużat, kien arrestat nhar il-21 ta' Lulju wara li ċemplitlu ommu u kien jinstema' fi stat ta' diżorjentament u konfużjoni wara li qal illi kien bela kaxxa pilloli u sar agressiv. Irriżulta iżda li dan ma kien minnu xejn. 

L-akkużat instab fuq il-bejt tad-dar u tniżżel mingħajr reżistenza. Wieħed mill-uffiċjali li kienu qed jixhdu qalu illi l-akkużat tagħtu rasu  meta ra lil ħuh. Ħuh kellu mowbajl li l-akkużat qabad u sabbat mal-art.

Kien f'dan il-ħin li kelb tat-tip  Chihuahua, beda jinbaħ. L-uffiċjal qal illi f'dan il-punt l-akkużat bil-mod qabad lill-kelb u ħabbtu ma' bieba. F'dan il-punt qamet kommossjoni kbira bil-kelb jittieħed fil-kċina. L-ambulanza waslet fuq il-post, bil-kelb ikollu demm ħiereġ minn ħalqu. Il-kelb miet ftit sigħat wara. 

"Wara qal li ma kienx jaf x'inhu jagħmel u li kellu problema ta' droga," xehed l-uffiċjal. 

L-akkużat ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest u kien ordnat jieħu għajnuna psikoloġika.

 

More in Qrati u Pulizija