Ċans ieħor għal żagħżugħ li seraq minn diversi ħwienet fil-Belt Valletta

L-akkużat ammetta minnufħ dawn is-serqiet

Żagħżugħ ta’ 23 sena mill-Isla ingħata tliet snin probation wara li nstab ħati li seraq minn diversi ħwienet fil-Belt Valletta.

Fil-Qorti huwa ammetta li seraq ħwejjeġ minn ħwienet fi triq ir-Repubblika fil-Belt Valletta nhar l-14 ta' Frar 2017. Xahar wara, huwa kien reġa’ seraq ammont ta' ħwejjeġ b’valur ta’ €232.94.

L-akkużat ammetta minnufih għal dawn is-serqiet.

Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Natasha Galea Sciberras, ikkunsidrat li ż-żgħażugħ kien spiss jiġi 'bullied' l-iskola u għalhekk huwa kien spiss ma jmurx. Fl-istess waqt il-Qorti semgħet kif huwa kien beda jagħmel użu mid-droga Kannabis fl-eta bikrija ta’ 11-il sena, vizzju li aktar tard evolva f'dak tal-eroina.

Minkejja dawn id-diffikultajiet, il-Qorti argumentat illi permezz tal-imġieba tiegħu l-akkużat kien wara li mhux lest jirriforma ruħu. Fid-dawl t’hekk huwa ġie kkundannat s-sentenza ta’ tliet snin probation.

Veronica-Anne Spiteri kienet l-avukat tad-difiża.

More in Qrati u Pulizija