Il-Qorti tiġbor l-evidenza dwar ġlieda b'sikkina u frosta taż-żwiemel f'Ħadd il-Għid

Il-Qorti qed tisma' l-kumpilazzjoni ta' evidenza kontra tminn irġiel wara ġlieda f'Ħadd il-Għid

Fil-Qorti dalgħodu beda jinstema’ l-każ dwar ġlieda li qamet bejn żewġ familji nhar Ħadd il-Għid.

Mara, li toħroġ ma’ wieħed mill-irġiel li weġġgħu fil-ġlieda rrakkuntat dak li ġara dakinhar tard waranofsinhar f’Bormla, meta qamet ġlieda bejn tmint irġiel minn familja u membri minn familja oħra.

It-tmint irġiel, li għandhom bejn it-18 u l-25 sena qed ikunu akkużat li kisru l-paċi pubblika, li heddew u ħebbew għal terzi persuni.

B’kollox weġġgħu erba’ rġiel, tnejn minnhom gravi.

Il-mara li xehdet illum qalet li kienet qed tixrob mas-sieħeb tagħha u xi ħbieb meta nnutat li kienet qamet kommossjoni ftit passi ‘l bogħod u f’ħin minnhom rat lis-sieħeb tagħha sejjer lejhom, bi frosta taż-żwiemel f’idu.

Jidher li f’ħin minnhom, raġel ressaq lejh u staqsih għalfejn kien miss lil ibnu. Kien hawn li l-irġiel ġew fl-idejn, bix-xhud tgħid li rat lis-sieħeb tagħha jkun attakkat minn raġel ieħor li għamillu sikkina ma' għonqu.

Il-mara fil-fatt weġġgħet bis-sikkina waqt li ppruvat iżżomm lis-sieħeb tagħha.

L-akkużati kollha nħelsu mill-arrest.

Il-kumpilazzjoni tal-evidenza se tkompli.

More in Qrati u Pulizija