Iħallas €220 lil tifel ta' 14-il sena biex jagħmel is-sess miegħu

Żagħżugħ jinżamm arrestat wara li tressaq akkużat li kellu x'jaqsam ma' tifel taħt l-età u li qasam materjal pornografiku ma' erbat itfal oħra

Żagħżugħ ta’ 23 sena nżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat li ħallas tifel ta’ 14-il sena biex jagħmel is-sess miegħu filwaqt li qasam materjal pornografiku ma’ diversi persuni taħt l-età.

Iż-żagħżugħ, li ma jaħdimx, tressaq quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia u fil-Qorti ntqal kif l-akkużat kien jikkuntatja lil dan it-tifel ta' 14-il sena biex jiltaqa’ miegħu għas-sess u wara kien iħallsu €220.

Qed ikun allegat ukoll li l-istess akkużat qasam matejal pornografiku ma’ erba’ persuni oħra taħt l-età.

L-akkużat qed iwieġeb mhux ħati għall-akkużi, bl-Avukat tad-Difiża talab għall-ħelsien mill-arrest u offra li ż-żaħżugħ jinżamm arrestat id-dar.

Huwa talab ukoll li ismu ma jiġix ippubblikat għax fi kliemu setgħu jiġu identifikati wkoll l-allegati vittmi.

Il-prosekuzzjoni oġġezzjonat għall-ħelsien mill-arrest għax fakkret li hemm ħames persuni taħt l-età li għad iridu jagħtu x-xhieda tagħhom filwaqt li ma eskluditx li jista’ jkun hemm aktar,

L-Ispettur Joseph Busuttil qal ukoll li filwaqt li l-akkużat kien jaf lil dawn l-allegati vittmi, huma mhumiex daqshekk viċini ta’ xulxin li jistgħu jiġu identifikati u għalhekk ma qabilx lanqas li isem l-akkużat ma jkunx imxandar.

Dawn kienu friends with benefits. Kien iċempel u jħallas għas-sess. Mal-erbgħa l-oħra kien ixerred ritratti pornogragiċi fuq il-midja soċjali. Dan mhux se jgħin jekk jinżamm arrestat id-dar,” saħaq l-Ispettur.

Kien għalhekk li l-Qorti ċaħdet it-talbiet kollha tad-difiża u ordnat li ż-żagħżugħ jinżamm arrestat.

More in Qrati u Pulizija