Priġunier jinstab mejjet fiċ-ċella tiegħu

Ir-raġel għandu 26 sena...infetħet inkjesta maġisterjali kif ukoll investigazzjoni interna

Raġel ta’ 26 sena residenti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin instab mitluf minn sensih fiċ-ċella tiegħu waqt ronda ta’ rutina. Hu ngħata l-ewwel għajnuna mill-uffiċjal korrettiv sakemm ittieħed l-isptar fejn ġie ċċertifikat mejjet ftit wara.

Filwaqt li għaddejja investigazzjoni mill-pulizija, dwar dan il-każ infetħet inkjesta maġisterjali kif ukoll investigazzjoni interna.

More in Qrati u Pulizija