Jinħeles mill-arrest raġel li kien akkużat li stupra lis-sieħba u hedded lil bintha

Ir-raġel kien ilu arrestat 'il fuq minn xahar

Wara xahar arrestat, ingħata l-ħelsien mill-arrest raġel akkużat li stupra lis-sieħba tiegħu u li hedded lit-tifla tagħha ta’ 11-il sena.

L-akkużat, li għandu 51 sena u huwa mill-Eġittu, wieġeb mhux ħati għall-akkużi iżda kien inżamm arrestat wara li fil-Qorti nstema’ kif injora ordni ta’ protezzjoni.

L-Ispettur John Spiteri kien akkuża lir-raġel bi stupru, li żamm persuna kontra l-volontà tagħha, li kellu x’jaqsam mas-sieħba tiegħu mingħajr il-kunsens tagħha u li attakka u hedded lit-tifla tas-sieħba, fost oħrajn.

Huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €500 u garanzija personali ta’ €18,000.

More in Qrati u Pulizija