Jinżamm arrestat wara li nqabad dieħel f'Malta b'ħames kilogrammi kannabis

Kien kelb tad-dwana li nduna li r-raġel kien qed iġorr id-droga

Raġel li nqabad dieħel Malta b’ħames kilogrammi kannabis inżamm arrestat wara li wieġeb mhux ħati tal-akkużi.

L-akkużat, Portugiż ta’ 36 sena, qed ikun akkużat ukoll li daħħal f’Malta l-kokaina u li l-ammonti kienu jindikaw li ma kinitx għall-użu personali tiegħu. Dan apparti li kellu ammont ta’ drogi oħra.

Huwa nqabad bid-droga fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta hekk kif kien għadu kemm wasal minn Madrid.

Kien il-kelb tad-dwana li nduna li r-raġel qed iġorr id-droga.

Minħabba l-fatt li l-akkużat ma għandu l-ebda rabta ma’ Malta, inżam arrestat u l-assi kollha tiegħu ġew iffriżati.

More in Qrati u Pulizija